Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm iktar gravi hekk kif sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel f’parapett f’Tas-Sliema.
Fl-istess inċident, li seħħ għall-ħabta tal-22:30 ta’llejla fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema, kienet ikkawżata ħsara f’numru ta’ karozzi li kienu pparkjati mal-ġenb tat-triq.
Fil-post issejħu membri tal-Pulizija filwaqt li qed jiġi stabbilit x’ikkawża dan l-inċident.
//= $special ?>