Kien imniedi sit elettroniku ġdid li minnu wieħed ikun jista’ jifhem aktar kif il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat qed jisraq lill-poplu Malti u Għawdxi bil-prezzijiet tad-diesel u l-petrol.
Mis-sit elettroniku www.dieselupetrol.com, wieħed jista’ jifhem aħjar kif it-tnaqqis fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt suppost kellu jkun rifless ukoll fil-prezzijiet li nħallsu għad-diesel u l-petrol.
Madankollu, minkejja li l-prezzijiet taż-żejt illum huma anqas minn Marzu 2009, meta l-Maltin u l-Għawdxin kienu jħallsu 94ċ għal kull litru diesel u 97ċ għal kull litru petrol, illum qed inħallsu €1.35 għal kull litru diesel u €1.42 għal kull litru petrol.
Minn www.dieselupetrol.com, wieħed jista’ jifhem aħjar kemm suppost jingħata fuel skont il-prezz li jkun ħallas, u anke l-ammont ta’ fuel li suppost ingħata. Matematikament, wieħed jista’ jara wkoll kemm qed iħallas aktar milli suppost kull ġimgħa, xahar u anke fis-sena.
U jekk biex tagħmel dan il-proċess ta’ kalkolu, iddum biss ftit sekondi, malajr tirrealizza li f’dak il-perjodu qasir, il-Gvern ta’ Joseph Muscat ikun diġà daħħal xi ftit mijiet ta’ ewro mhux ħażin!
//= $special ?>