Futbol Sport

Xejn gravi għal Manolito Micallef

Minkejja li kellu joħroġ wara biss 45 minuta fir-ritorn tiegħu ma’ Floriana, Manolito Micallef m’għandu xejn gravi. Mano se jkun wieqaf biss għal ftit jiem ta’ mistrieħ madankollu mhux mistenni jdum barra fit-tul.

Din l-aħbar hi nifs ‘il ġewwa għal Floriana, hekk kif dan l-akkwist kien mixtieq mid-diriġenza tal-klabb għaliex fih hemm fiduċja li jagħti spinta qawwija lill-iskwadra.

Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).