Edukazzjoni Lokali Parlament

20 kors li kienu mistennija jiftħu fl-Università ma fetħux

Għoxrin kors li kienu mistennija jiftħu fl-Università f’din is-sena akkademika ma fetħux minħabba li ma kienx hemm numru sodisfaċenti ta’ applikanti eliġibbli.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, li staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo jagħti tagħrif dwar il-korsijiet li ma fetħux għal din is-sena akkademika 2014/2015.

Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea appella lill-Gvern għal impenn akbar biex ikun hemm direzzjoni aktar biex studenti jattendu korsijiet li ma jkunux wisq popolari fl-għażla tal-istudenti.

Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech irrimarka wkoll li tliet korsijiet li ma fetħħux jittrattaw studji relatati ma’ Għawdex.

Il-korsijiet li ma fetħux huma:
Bachelor of Arts / Bachelor of Arts (Honours) – Gozo Campus
Bachelor of Science (Honours) in Mediterranean Agro-ecosystems Management
Certificate in Arabic for Business and Communication
Certificate in Banking and Finance
Certificate in Food Culture
Diploma in European Studies
Diploma in Gozo Studies
Higher Diploma in Gerontology and Geriatrics
Higher Diploma in Sustainable Land and Real Estate Management
Master of Arts in Cultural Sustainability and Tourism
Master of Science in Strategic Innovation and Future Creation
Master in Probation Services
Master of Arts in Hospitaller Studies (Gozo)
Master of Arts in Islands and Small States Studies
Master of Arts in Mediation
Master of Science in Pharmacology or Clinical Pharmacology
Master of Spatial Planning
Postgraduate Diploma in Lifelong Career Guidance and Development
Postgraduate Certificate in Geographic Information Systems
Postgraduate Certificate in Restorative Justice Mediation