Lokali

Aktar manuvri fil-Bank of Valletta

Wara l-promozzjonijiet li ħarġu fil-Bank of Valletta l-ġimgħa li għaddiet u li tħabbru esklussivament mill-gurnal ‘In-Nazzjon’, illum l-istess gurnal qed ikompli jiżvela it-taħwid kbir li hemm fit-tmexxija tal-Bank u l-kultura ta’ ħabi li daħħal iċ-Chairman appuntat mill-Gvern Laburista John Cassar White. Din hi sitwazzjoni bla preċedent mhux biss fil-BOV iżda wkoll fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Sorsi li tkellmu magħna qalu li l-manuvri qed isiru sabiex jiġu aġevolati nies qrib iċ-Chairman Cassar White u l-Partit Laburista – manuvri li qed iwasslu sabiex l-istruttura organizzattiva tal-Bank issir waħda ineffiċjenti u burokratika.