Aktar minn 30,000 persuna żaru fl-ewwel 24 siegħa s-sit il-ġdid www.dieselupetrol.com, li l-Partit Nazzjonalista nieda lbieraħ waranofsinhar biex juri kemm il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat qed jisraq lill-poplu Malti u Għawdxi bil-prezzijiet tad-diesel u l-petrol. Barra minhekk, www.dieselupetrol.com kienet ukoll għal xi ħin mhux aċċessibbli għall-entitajiet tal-Gvern.
Dan is-sit elettroniku jagħti informazzjoni dettaljata lill-Maltin u l-Għawdxin dwar kif it-tnaqqis fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt suppost kellu jkun rifless ukoll fil-prezzijiet li nħallsu għall-fuel. Madankollu, u minkejja li l-prezzijiet taż-żejt illum huma anqas minn Marzu 2009 meta l-Maltin u l-Għawdxin kienu jħallsu 94ċ għal kull litru diesel u 97ċ għal kull litru petrol, illum qed inħallsu €1.35 għal kull litru diesel u €1.42 għal kull litru petrol.
Minn www.dieselupetrol.com, wieħed jista’ jara wkoll kemm il-Gvern s’issa ħa miljuni ta’ ewro minn meta l-Gvern baqa’ jżomm il-prezzijiet tal-fuels għoljin minkejja li pajjiżi oħrajn qed jadattaw il-prezzijiet tagħhom skont it-traħħis fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt.
//= $special ?>