Lokali

Aktar ‘musical chairs’ f’awtoritajiet biex jinqdew tal-qalba

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed joħroġ fil-beraħ kif il-promozzjonijiet lil tal-qalba f’diversi Dipartimenti u Awtoritajiet tal-Gvern mhux ibattu. Konferma oħra ta’ dan huma l-promozzjonijiet li ngħataw riċentament fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

Jirriżulta li fl-aħħar xhur ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal waħda minn dawn il-promozzjonijiet. Għal din il-kariga applikaw żewġ Avukati speċjalizzati fil-kompetizzjoni. Iżda minkejja li applikaw, u minkejja li kienu favoriti għall-kariga minħabba l-kwalifiki għolja li għandhom, dawn spiċċaw ma ntagħżlux biex ikun akkomodat persuna qrib il-Partit Laburista.

Il-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni ngħatat lil Godwin Mangion, li hu magħruf bħala persuna tal-qalba. Hu kien id-Direttur Ġenerali tal-Awtorità tal-Konsumatur u minfloku tpoġġiet Joyce Borg.

Kawża ta’ dan il-musical chairs, iż-żewġ persuni kompetenti, li huma Avukati li jispeċjalizzaw fil-qasam, spiċċaw biex tħallew barra.