Lokali Saħħa

Dewmien biex titlesta Ward f’San Vinċenz li kellha tkun lesta fl-aħħar ta’ Diċembru

Persuni li ċemplu lil MaltaRightNow.com qalu li Ward St Joseph 3 fl-Isptar San Vinċenz de Paule kellha titlesta fit-28 ta’ Diċembru. Madankollu, għal xi raġuni l-inawgurazzjoni tal-Ward ġiet posposta għall-11 ta’ Jannar.

Iżda anke għal dakinhar tħassret l-inawgurazzjoni. Il-persuni li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu wkoll li ftit tal-jiem ilu ddaħħlu lura nofs il-pazjenti li qabel kienu f’din il-Ward minkejja li x-xoghlijiet fil-Ward kienu għadhom għaddejjin.

Kawża ta’ dan, il-pazjenti huma esposti għal trabijiet u ħmieġ, b’detriment għal saħħithom.