Il-Ħadd li għadda waqt il-programm Replay tħabbar li l-eks plejer ta’ Valletta Jason Vandelannoite indika attakkant Brażiljan lil Valletta.
Issa nistgħu niżvelaw li dan l-attakkant hu Rafael Santiago Maria li għandu 30 sena u li fil-preżent jilgħab għal Esporte Clube Pelotas fil-Brażil stess.
Fil-Brażil dan il-plejer lagħab ukoll Paraná, Operário (PR), Marcílio Dias, Iraty , Rio Branco, Chapecoense, Esportivo, Caxias do Sul u ABC. Dan minbarra esperjenza ma’ Budapest Honvéd FC fl-Ungerija u A.F.C. Tubize fil-Belġju.
Vandelannoite aċċerta lil Valletta li dan hu plejer tajjeb ħafna għall-futbol Malti. Valletta qed jiddiskutu l-possibilta’ ta’ dan it-trasferiment.
Iktar dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>