Futbol Sport

Djamil Leefleng mistenni jiffirma ma’ Valletta

Kif tħabbar waqt Replay tal-Ħadd li għadda, Valletta mistennija jiffirmaw lill-attakkant mill-Marokk Djamel Leeflang.

Dan il-plejer għandu passaport Olandiż u kien qed jilgħab l-aħħar fir-raba’ diviżjoni tal-Olanda ma’ Haaglandia.

Dan minbarra li lbieraħ wasal il-midfielder offensiv Montenegrin ta’ 25 sena Vladimir Savicevic u mistenni jiġi offrut kuntratt ukoll lid-difensur ta’ 23 sena Ikenna Hillary.

Teżisti possibilta’ wkoll li magħhom jiżdied attakkant Brażiljan wara li dan kien suġġerit mill-eks plejer tal-klabb Jason Vandelaniotte. Madankollu Valletta ma kkonkludew l-ebda negozjati mal-plejer li għadu f’pajjiżu.

Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).