Lokali

Filmat: Meta ma tkunx tista’ tipparkja

Ġieli ġralek li tipprova tipparkja l-karozza imma tipprova kemm tipprova ma jirnexxilekx?

Ġieli rajt xi filmat barra ta’ xi sewwieq barra minn pajjiżna waqt li jipprova jipparkja u nissillek xi tbissima?

Issa għandna l-verżjoni Maltija hekk kif filmat ħelu li ttella’ fuq paġna ta’ Facebook Maltija, ‘Malta’s Worst Parkers’, fl-aħħar jiem ġibed l-attenzjoni ta’ aktar minn 14,500 persuna.

F’dan il-filmat tidher persuna li ħadet iktar minn żewġ minuti tipprova tipparkja u tidritta l-karozza. Tgħid irnexxielha?