Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 20 ta’ Jannar.
IN-NAZZJON jagħti prominenza lis-sit eletroniku mniedi mill-PN dieselupetrol.com li tfassal sabiex kulħadd ikun jaf kemm il-Gvern qed jieħu flus mill-but tal-familji Maltin u Għawdxin. L-istess ġurnal joħodna lura għall-każ tal-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, fejn jibqgħu d-dubji dwar meta l-Prim Ministru sar jaf bid-dettalji kollha.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi ma ħareġ l-ebda mandat internazzjonali għall-arrest ta’ George Farrugia. Filwaqt illi THE TIMES OF MALTA tirrapporta li jekk tiġi revokata l-maħfra li ngħatat lil Farrugia, dan jista’ jikkomplika l-proċeduri li għaddejin fil-Qorti dwar il-każ tax-xiri taż-żejt mill-Enemalta qabel l-2004.
L-ORIZZONT jirrapporta bi prominenza li għadha ma ingħatat l-ebda data dwar meta se jitlesta l-proġett tal-Parlament il-ġdid.
//= $special ?>