Wara li l-Gvern ilu jirrifjuta li jippubblika l-kuntratti ffirmati relatati mal-privatizzazzjoni tal-Enemalta, illejla ma ppreżentax il-kuntratt li ġie ffirmat mal-Autobuses de Leon li l-Gvern ukoll iffirma fil-ġimgħat li għaddew mal-operatur li diġà qed iħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku.
Għal mistoqsija tax-Shadow Minister Marthese Portelli biex il-Gvern ippoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mal-Autobuses de Leon, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal biss illejla fil-Parlamennt, li l-informazzjoni mitluba tingħata f’xi seduta oħra.
L-operatur il-ġdid għadu ma ħabbarx id-dettalji tal-prezzijiet il-ġodda għas-servizzi tat-trasport pubbliku li se jidħlu fis-seħħ f’Lulju li ġej, bil-Ministru Mizzi fil-Parlament ilbieraħ jitlob lill-poplu jistenna sa Marzu li ġej sakemm tibda kampanja ta’ promozzjoni.
//= $special ?>