Internazzjonali

In-Nazzjonijiet Uniti tikkundanna l-attakki minn Boko Haram

In-Nazzjonijiet Uniti (NU) appellat lill-grupp estremista Boko Haram sabiex, mill-aktar fis, jieqaf milli jkompli jwettaq atroċitajiet u abbużi li jwaqqgħu d-dinjità tal-bniedem.

In-NU ħeġġet lin-nazzjonijiet biex iwaqqfu forza multinazzjonali biex tiġġieled lill-grupp militanti.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stqarr li uħud mill-atti mwettqa mill-grupp “jammontaw għal reati kontra l-umanità”.

Il-Boko Haram, li jikkontrolla partijiet mill-Grigal tan-Niġerja, qed ifittex li jwaqqaf stat Iżlamiku fl-Afrika.