Internazzjonali

Ir-raġuni għaliex ġġarraf l-ajruplan tal-AirAsia : tar wisq ‘il fuq

L-ajruplan tal-AirAsia tar wisq malajr ‘il fuq qabel ma ġġarraf fil-Baħar ta’ Java, bit-telf ta’ 162 passiġġier li kienu abbord.

Il-Ministru għat-Trasport tal-Indonesja Ignasius Jona stqarr waqt laqgħa parlamentari f’Jakarta li l-ajruplan tar ‘il fuq b’veloċità ta’ 6,000 pied kull minuta.

Ma kien hemm ebda persuna li salvat meta l-ajruplan iġġarraf fil-Baħar ta’ Java fit-28 ta’ Diċembru, f’rotta li bdiet minn Surabaya u kellha tispiċċa f’Singapore.

Jidher li l-Airbus A320-200 iltaqa’ ma’ diffikultajiet f’maltempata.

Il-katavri tal-passiġġieri għadhom qed jinstabu miz-zona tat-tigrif fejn il-fdalijiet gew sparpaljati fil-bahar.