Internazzjonali

Ir-rappreżentant tal-Libja fl-OPEC jgħib minn Tripli

Wieħed mill-ogħla uffiċjali dwar l-enerġija fil-Libja ġie rappurtat nieqes mill-familja fil-jiem li għaddew.

Samir Salem Kamal, rappreżentant tal-OPEC, għeb wara li ħalla l-post tax-xogħol tiegħu fiċ-ċentru ta’ Tripli. Ma kien hemm ebda stqarrija uffiċjali dwar Kamal mill-awtoritajiet li qed imexxu l-belt kapitali Libjana.

Uffiċjali li jirrappreżentaw il-milizzja, li tmexxi lil Tripli, allegatament qalu lil membru tal-familja li huma jafu fejn qed jinżamm Kamal u qed jieħdu ħsieb il-każ.

Iżda l-qraba ta’ Kamal qalu li ma jafux fejn għandhom jirrikorru.