Dak li x’aktarx ikun il-Ministru tal-Finanzi tal-Greċja, Giannis Dragaskis, stqarr li pajjiżu qatt ma jista’ jirkupra mingħajr tnaqqis kbir mid-dejn, u dan minkejja dak li jaħsbu l-kredituri tal-Grecja.
Hu saħaq li sabiex wieħed jippromwovi r-riformi, għandu jsolvi l-kwistjoni tad-dejn.
Dragaskis, ekonomista u kandidat mal-partit Xellugi Syriza, qal li l-possibbiltà ta’ rkupru, hi limitata għaliex il-Greċja qed tiffunzjona taħt dejn ta’ kważi €320 biljun, jew 175 fil-mija tal-produzzjoni nazzjonali.
//= $special ?>