Il-filmat tal-kunċert tal-Banda tal-Pulizija f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi li ġie rrekordjat mill-istazzjon nazzjonali, il-Public Broadcasting Services (PBS), tħassar bi żball mill-istess PBS.
Dan l-iżball kien ikkonfermat fi tweġiba li ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, li staqsa lill-Ministru Owen Bonnici jgħid jekk il-filming irrekordjat tal-imsemmmi kunċert tal-Pulizija, tħassarx jew intilifx.
Jirriżulta li matul ix-xahar t’Ottubru tas-sena l-oħra, ir-recording tpoġġa fuq server b’ieħor waqt il-fażi finali tal-post production tiegħu. Għaldaqstant, waqt ir-rutina ta’ kull ġimgħa sabiex jitneħħa ċertu materjal sabiex ikun hemm spazju fis-server, dan il-kunċert ġie mħassar bi żball għax kien immarkat b’kodiċi.
Il-Ministru Bonnici qal li filwaqt li l-PBS tiskuża ruħha għal dan in-nuqqas għaliex dan il-filmat spiċċa fuq server b’ieħor, tikkjarifika li dan kien żball uman li ma kienx intenzjonat.
//= $special ?>