Internazzjonali

L-ISIS jaħtaf żewġ ostaġġi Ġappuniżi

Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe kkundanna theddida mill-ISIS biex joqtol żewġ ostaġġi Ġappuniżi.

Filmat li allegatament inġibed mill-grupp terroristiku juri ġellied estremista jhedded li joqtol liż-żewġ ostaġġi sakemm jitħallas rahan $200 miljun.

Fil-filmat, li għadu ma ġiex verifikat, il-militant jikkritika lill-Ġappun talli wiegħed għajnuna lil pajjiżi li qed jiġġieldu lill-ISIS.

Il-Prim Ministru Ġappuniż qal li t-theddida hi inaċċettabbli u se jkun qed jistinka biex jeħles lill-ostaġġi.

Hu żied li ħajjet l-ostaġġi hi prijorità u li l-Ġappun mhux se jaqa’ għat-talbiet tat-terroriżmu.