Għandu jagħti data meta se jorħsu drastikament il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel wara li l-prezz internazzjonali ilu li raħas sitt xhur
Quddiem l-ogħla prezzijiet li qed iħallas il-poplu Malti għall-petrol u d-diesel meta paragunati ma’ dak li qed iħallsu l-popli fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea, l-Oppożizzjoni talbet lill-Gvern jippubblika l-kuntratti ma’ min xtara l-fuel u jippubblika wkoll min kien involut fix-xiri tal-fuel.
L-Oppożizzjoni tistenna wkoll data meta se jorħsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel li f’pajjiżna baqgħu għoljin minkejja li fis-suq internazzjonali ilhom li raħsu sitt xhur.
Ix-Shadow Minister Marthese Portelli għamlet dawn l-appelli lill-Gvern fil-Parlament fil-ħin tal-Aġġornament.
Fissret kif fl-aħħar ġranet, l-Oppożizzjoni ilha tinsiti biex il-Gvern jgħid kif u għaliex qed iġiegħel lill-poplu jħallas dawn il-prezzijiet għolja u aktar milli qed iħallsu popli oħra Ewropej.
Irriferiet għal kummenti li ta l-Ministru Konrad Mizzi lil Malta Today, fejn ammetta li l-Gvern ħa deċiżjoni żbaljata, liema deċiżjoni qed ibatu għaliha l-poplu Malti u Għawdxi kull meta jmorru jimlew il-petrol u d-diesel għall-vetturi tagħhom.
Semmiet kif dan l-aqwa Kabinett ta’ Muscat, sallab lill-poplu b’dawn il-prezzijiet għoljin. Semmiet ukoll li ebda gvern ieħor ma ħa l-iżball li ħa l-Gvern ta’ Muscat, hekk kif fakkret li l-prezz tal-fuel illum hu fl-istess livell ta’ dak li kien f’Diċembru tal-2011, bid-differenza li fl-2011 il-prezz internazzjonali tal-fuel kien 98 dollaru u fl-2013 kien 47 dollaru l-barmil.
Il-prezz tal-petrol f’Diċembru 2011 kien €1.€41 u d-diesel €1.34 , u llum il-prezz tal-petrol hu €1.42 u d-diesel €1.3, bid-differenza kruċjali kienet li l-prezz taż-żejt kien id-doppju ta’ dak li hu llum.
Semmiet bħala eżempju kif il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel fil-Ġermanja raħsu b’16 u 23 %lill-Ġermanja, fl-Awstirjab 20% u b’24% kif ukoll lil Ċipru li raħħsu wkoll sostanzjalment il-prezzijiet minkejja s-l-kriżi finanzjarja u ekonomika ta’ pajjiżhom.
Semmiet li fil-lista tal-pajjiżi tal-UE, meta tqabbel il-prezzijiet fl-2011 u l-prezz illum, kollha naqqsu drastikament il-prezz ħlief għal Malta bil-Gvern jibqa’ jisraq lill-poplu Malti.
Fakkret li fl-2011, il-GWU dakinhar kienet niżżlet in-nies fit-toroq, u qalet li l-Gvern dak iż-żmien kien ħalliel.
Huma l-famlji, il-fabbriki, il-bdiewa u s-sajjieda u n-nies tan-negizju li qed ibatu mill-prezzijiet għolja f’pajjiżna tad-diesel u l-petrol, u staqsiet fejn sejra l-kompetittività ta’ Malta meta l-industriji qed iħabbtu wiċċhom ma’ prezzijiet għola meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn.
Semmiet ukoll kif fuq l-aħbarijiet tal-PBS, b”rabta ma’ dak li qalet l-Oppożizzjoni b’reazzjoni għal dak li qal il-Ministru Konrad Mizzi, ma nstabx ħin biex tiġi rrappurtata dak li qalet l-Oppożizzjoni, iżda sab ħin biex jgħid liema huma l-films popolari mal-Maltin. Hawnhekk irrmarkat li l-aktar film popolari hu ‘Ghost’ – briferenza għall-GWU li llum ma tista’ ssibha u taraha mkien.
Appellat lill-Gvern biex wara li ammetta li kien żbaljat, jgħid meta se jkunu qed jorħsu l-prezzijiet tad-diesel u l-petrol. L-Oppożizzjoni trid data meta se jorħsu l-prezzijiet tal-fuel b’md drastiku għaliex iż-żejt raħas sitt xhur ilu mhux illum.
Appellat lill-Gvern jerfa’ r-reaponsabbiltà politika għas-serq li qed isir fuq il-famliji u l-ħaddiema u n-nies tan-negozju li qed iħallsu l-ogħla prezizjiet fl-Ewropa.
//= $special ?>