Futbol Sport

Paul Bugeja jkompli l-karriera ma’ Naxxar Lions Futsal

Naxxar Lions Futsal akkwistaw il-firma tal-eks plejer tat-tim nazzjonali tal-futsal Paul Bugeja, li llum għandu 34 sena.

Bugeja jġib fil-klabb esperjenza twila fl-isport. Dan wara li lagħab għal numru ta’ klabbs fosthom Kerygma Crystal Futsal Club, Southenders, Paola Downtown F.C., Pentagon Properties Futsal, Ħamrun Spartans Futsal, Luxol Futsal u Floriana Futsal. Qabel hu kien jilgħab ukoll il-football ma’ Marsa F.C. u Żejtun Corinthians.

Paul Bugeja ilu kowċ fl-Iskola Maltija tal-Futsal sa mill-2010.

Iktar dwar ix-xena tal-futsal lokali fuq Replay (Net Television).