Lokali

Priġunier jissawwat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin

Resident fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin allega li ssawwat minn gwardjan tal-ħabs.

Il-Priġunier, Jason Decelis, allega li kien msawwat bl-ikrah minn gwardjan tal-ħabs wara li dan irrifjuta l-ordni li ngħatatlu biex jagħmel l-awrina fiċ-ċella tiegħu.

Missier Jason Decelis, f’kuntatt li għamel ma’ maltarightnow.com qal li l-gwardjan ordna lil ibnu jagħmel l-urina mal-art fiċ-ċella. Spjega li dan huwa abbuż psikoloġiku fuq ibnu.

Jason Decelis qed jiskonta sentenza ta’ 25 sena ħabs wara li ammetta li qatel lil Rachel Bowdler, tfajla ta’ 18-il sena.

Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern, ntqal li l-awtoritajiet tal-ħabs għamlu rapport lill-pulizija u ġiet appuntata inkjesta maġisterjali biex tistabilixxi l-fatti.