Sliema għadhom qed jistennew aħbarijiet mill-Gambja għall-akkwist tal-attakkant Aziz Corr Nyang.
Il-blues diġa’ bagħtu l-kuntratt tagħhom lill-plejer madankollu sal-lum l-internazzjonali tal-Gambja għadu ma ta l-ebda risposta lil Sliema dwar jekk hux ġej Malta jew le.
Dan għaliex Nyang għandu problema biex joħrog mill-pajjiż minħabba l-passaport u għalhekk għadu mhux magħruf x’se jiġri minn dan it-trasferiment li jista’ jkun l-aħħar wieħed ta’ Sliema għal dan ix-xahar.
Iktar dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>