Futbol Internazzjonali Sport

Qatlu 13-il tifel għax raw logħba futbol

Militanti tal-ISIS qatlu tlettax-il tifel għaliex segwew il-partita bejn l-Iraq u l-Ġordan li ntlagħbet il-ġimgħa li għaddiet mit-Tazza tal-Ażja. Għall-ISIS, li wieħed jara partita futbol tikser il-liġijiet reliġjużi.

Iż-żgħażagħ subien inqabu fil-fatt fil-belt Iraqina Mosul, li hu kkontrollata mill-Istat Iżlamiku.

Skont il-grupp Raqqa is Being Slaughtered Silently, is-subien inqabdu u nqatlu kiesaħ u biered fil-pubbliku b’tiri ta’ machine guns sparati minn membri ta’ skwadra apposta tal-ISIS.

Imma qabel inqatlu, l-ISIS ħabbru pubblikament dan l-att barbaru permezz ta’ loudspeaker, bl-għan li jnisslu biża’ fost il-kumplament tar-residenti.

L-iġsma tat-tfal tħallew mal-art minħabba l-biża ta’ qrabathom li jispiċċaw huma l-mira ta’ dan il-grupp terroristiku.