Futbol Sport

Stefan Giglio maħtur kowċ tal-U19s ta’ Naxxar Lions

L-eks kowċ ta’ Żurrieq F.C. u eks plejer internazzjonali Malti Stefan Giglio nħatar kowċ tal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena ta’ Naxxar Lions. Dan wara li ntlaħaq ftehim biex twaqqa’ l-kuntratt tal-kowċ George Borg.

Giglio diġa’ ltaqa’ mal-plejers u assista għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ li saret it-Tnejn. Din tmexxiet millassistent kowċ tal-iskwadra prinċipali, Stefano Grima, u l-kowċ ta’ taħt is-17-il sena Jonathan Calleja.

Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).