F’Lulju 2013, fil-Korp tal-Pulizija kienet ġiet żarmata l-iSpecial Assignment Group (SAG) u minflok infetħet ir-Rapid Intervention Unit (RIU). Iżda dawk li kienu fl-SAG ma ntbagħtux kollha fir-Rapid Intervention Unit għajr għal Pulizija wieħed. L-oħrajn ingħataw transfer għal taqsimiet oħrajn fi ħdan il-Korp, fosthom tmien Surġenti li kienu speċjalizzati fl-SAG u li ntbagħtu fl-Għases f’diversi lokalitajiet.
Madankollu, fl-14 ta’ Jannar li għadda ħarġet call for applications biex fl-RIU ikun hemm Pulizija speċjalizzati. Dan juri kif wara li dawk speċjalizzati tneħħew minn xogħolhom u l-SAG iżżarmat, issa hemm sejħa biex Pulizija speċjalizzati, jew anke li mhumiex, japplikaw biex jidħlu fl-RIU għax hemm bżonn ta’ Pulizija speċjalizzati.
Minbarra call for applications fl-RIU, hemm ukoll sejħa oħra għall-MIA Port Control, għall-Interpol Office u l-Europol Office, is-SIRENE u l-Counter Terrorism Unit. Skont iċ-Ċirkolari maħruġa mill-Assistent Kummissarju Mario Spiteri, l-applikazzjonijiet għal dawn is-sejħiet jagħlqu fil-5 ta’ Frar.
//= $special ?>