Lokali

Attenti: Twissija mill-BOV dwar email qarrieqi

Il-Bank of Valletta wissa’ lill-klijenti tiegħu li fl-aħħar jiem qed jintbagħtu emails qarrieqa fejn qed jintalab li s-SecureKey tkun sinkronizzata billi wieħed jagħfas fuq link provduta.

Minkejja li dan l-email jidher awtentiku, il-Bank of Valletta fi stqarrija għamilha ċara li dan l-email hu falz u għandu jiġi njorat.

Dan speċjalment għaliex fl-email jintalbu dettalji personali u relatati mal-bank bħall-PIN number tal-cards tal-bank, numri tal-accounts tal-klijenti, il-User ID tal-Internet Banking u saħansitra n-numru ġġenerat mill-BOV SecureKey.

Fl-istqarrija l-bank reġa’ fakkar lill-klijenti tiegħu li qatt ma jintalbu dettalji simili permezz ta’ email, telefonata jew mezz ta’ komunikazzjoni ieħor imma biss jekk il-klijent imur personalment f’fergħa uffiċjali.