Wasal f’Malta Georgios Alexander Nilsson Likourentzos, attakkant Grieg/Żvediż ta’ 22 sena li lagħab għal Malmö FF; klabb ewlieni fl-Iżvezja. Hu kien iddebutta bħala sostitut fl-eta’ ta’ 15-il sena u sentejn wara, fid-debutt tiegħu mal-ewwel 11, kien skurja doppjetta.
Dan il-plejer irrappreżenta wkoll lil pajjiżu fil-livell ta’ taħt is-17-il sena fejn skurja 4 gowls f’10 logħbiet u mal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena b’gowl f’żewġ logħbiet.
Matul il-karriera tiegħu Alex Nilsson dejjem lagħab fl-Iżvezja; ma’ Malmö FF fejn skurja 4 gowls f’25 partita, ma’ IFK Malmö fejn skurja 2 gowls fi 8 logħbiet, Landskrona BoIS fejn skurja 8 gowls fi 22 logħba u Trelleborgs FF fejn fl-istaġun li għadda skurja 11 fi 22 logħba.
Waqt il-programm Replay Ikompli tat-Tnejn li għadda fuq Radio 101, il-President ta’ Qormi Redino Apap ħabbar li l-klabb kien qed jistenna ċ-ċertifikati mediċi li jikkonfermaw li l-plejer irkupra minn injury ħafifa li kellu qabel jasal Malta.
Iktar dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>