Permezz ta’ dan il-video, Ben Schmidt, dilettant ta’ YouTube, jippreżenta riflessjoni unika taż-żmien għaddej fejn juża filmati tiegħu innifsu qed ilissen kelma kuljum, tul it-365 ġranet tas-sena. Dan qabel hu jgħaqqad il-kliem kollha f’espressjoni waħda li fiha ħafna x’tomgħod.
Hawnhekk ukoll jintużaw il-‘clips’ jew filmati li jintroduċu xenarji, lokalitajiet , ħwejjeġ u stil tax-xagħar li huma affaxxinanti għall-aħħar.
Intant, Schmidt juża dan il-medium biex iwassal messaġġ mill-aktar profond u fis-sens li ‘l-affarijiet ġodda, kbar u żgħar, li jiżvelawlna jafu jibdlulna l-opinjonijiet, minbarra l-mod kif aħna naġixxu u, kultant, il-mod kif inħarsu lejn il-ħajja…..Id-deċiżjonijiet li jistgħu jidhru żgħar kapaċi jiblulna ħajjitna għal dejjem, meta jagħtuna l-opportunita biex nagħmlu ħbieb ġodda, nagħżlu karrieri differenti u, forsi, nibdew relazzjoni romantika’.
//= $special ?>