Internazzjonali

Franza se ssaħħaħ l-istrateġija tagħha kontra t-terroriżmu

L-awtoritajiet fi Franza se joħolqu 2,680 impjieg ġdid filwaqt li se tintefaq iċ-ċifra ta’ €425 miljun sabiex jissaħħu l-isforzi kontra t-terroriżmu.

Il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls saħaq li tali riżorsi kienu kruċjali sabiex isir konfront kontra theddida estremista li qed tespandi. Hu ħabbar li 3,000 persuna jinsabu taħt sorveljanza madwar Franza.

Manuel Valls ħabbar il-pjani tal-gvern wara l-attakki f’Pariġi fejn inqatlu 17-il persuna. Aktar kmieni, prosekutur ta dettalji dwar erbat irġiel li ġew mixlija dwar l-attakki.

Il-Prim Ministru Valls qal li l-forzi tas-sigurtà se jkunu provduti b’armi aħjar u protezzjoni, fosthom, bullet-proof vests.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.