Il-ġurnata tal-Erbgħa 21 ta’ Jannar 2015 se tibqa’ mniżżla bħala waħda storika mhux biss għall-partitarji ta’ Nadur Youngsters u Hibernians F.C. imma wkoll għall-futbol lokali.
Dan hekk kif illum kien iffirmat b’mod uffiċjali l-ġemellaġġ bejn il-gruppi tal-ultras rispettivi; White Force Nadur Ultras u Hibs Ultras.
Filfatt fil-ġurnata tal-partita mill-FA Trophy bejn iż-żewġ klabbs, grupp imdaqqas ta’ partitarji ta’ Hibernians qasmu lejn Għawdex fejn qattgħu ġurnata man-Nadurin.
Ftehim storiku li wassal għal atmosfera mill-isbaħ fil-Gozo Stadium, li għal mumenti nkesa’ mid-duħħan tal-flares, id-daqq tat-tnabar, il-kant tal-partitarji kif ukoll l-ewwel korjografija konġunta.
Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

