Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, il-21 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON jirrapporta l-każ xokkanti ta’ pazjenta li mietet f’kuritur fl-Isptar Mater Dei. Naqraw ukoll illi mhux vera li kienet ippubblikata l-inkjesta dwar aggressjoni fuq Pulizija fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi llejla l-Oppożizzjoni se tkun qed tipparteċipa bi sħiħ fid-dibattitu Parlamentari dwar l-enerġija, u se tagħmel pressjoni sabiex jiġu ppubblikati l-kuntratti kollha li saru mill-Gvern Laburista. F’artiklu ieħor naraw illi George Farrugia irritorna lura pajjiżna. Intant, il-gazzetta MALTA TODAY kompliet toħroġ informazzjoni dwar emails li kien jibgħat Farrugia, u li juru rabta li kellu ma’ senior manager fl-Enemalta.

THE TIMES OF MALTA tgħid li l-Parlament il-ġdid jista’ jiftaħ f’April, wara l-vaganzi tal-Għid. Naqraw ukoll kif il-Prim Ministru baxxa rasu għall-pressjoni tan-nies, u kellu jbiddel id-deċiżjoni tat-tneħħija ta’ John Role’ minn Kap tal-Fostering.

L-ORIZZONT jippubblika storja dwar it-telqa kbira fil-Fort Rikażli, filwaqt li fil-faċċata jagħmel nota editorjali li fiha l-ġurnal tal-GWU jiskuża ruħu ma’ Stefano Mallia dwar artiklu żbaljat u libelluż li kien sar waqt il-kampanja għall-MEPs. Il-ġurnal aċċetta l-verżjoni ta’ Mallia.