Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin bi ftehim bejniethom ħabbru li l-kampanji elettorali rispettivi tagħhom għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, ser jibdew b’effett mill-Ħadd 8 ta’ Marzu 2015.
Fi stqarrija konġunta, il-partiti qalu li b’rispett ukoll lejn it-tradizzjonijiet kulturali u reliġjuzi tal-poplu Malti u Għawdxi, intlaħaq ukoll ftehim li ma jkun hemm l-ebda kampanjar elettorali nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2015, Jum id-Duluri, u bejn l-Erbgħa l-1 ta’ April sal-Ħadd 5 ta’ April 2015, Jum l-Għid, biż-żewġ ġranet inklużi.
Iż-żewġ partiti qablu wkoll li waqt it-tqassim tad-dokumenti tal-votazzjoni tar-Referendum, mhux se jagħmlu użu mill-Aġenti tal-Partiti (Voting Document Distributors), minkejja li dan huwa permess mill-liġi applikabbli.
//= $special ?>