Xjenzjat importanti stqarr li l-pajjiżi tal-Punent huma “vulnerabbli” għall-epidemiji bħall-Ebola, u allura jridu jinvestu aktar fir-riċerka dwar il-vaċċini.
Il-Professur Peter Piot qal li pajjiżi żviluppati se jħabbtu wiċċhom ma’ “inkwiet kbir” jekk jonqsu milli jħejju ruħhom bl-aktar mod adegwat għal xi virus ieħor.
Hu u jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-Professur Piot appella lill-mexxejja dinjija biex jaħsbu fit-tul. Hu qal li policies dwar is-saħħa pubblika jridu jmorru lil hinn mill-politika u mill-fruntieri.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>