Il-President Amerikan Barack Obama iddikjara t-tmiem tal-krizi finanzjarja u wieghed policies ekonomici ghall-gid tac-cittadini Amerikani kollha.
Fl-indirizz tieghu lill-Kungress, maghruf bhala l-Istate of the Union address, il-President Amerikan stqarr li l-Istati Uniti “qalbet il-folja” wara l-agħar ricessjoni li ħakmet lill-pajjiż.
Dwar il-politika barranija, Barack Obama qal li l-Istati Uniti tirriserva d-dritt li tagixxi wahidha biex tfittex u taqbad it-terroristi filwaqt li talab lill-Kungress biex jgħaddi resoluzzjoni dwar l-użu tal-forza kontra l-ISIS.
Fl-indirizz tiegħu, fost oħrajn, Obama wissa lir-Russja li l-appoġġ Amerikan għall-Ukrajna kien turija ta’ saħħa u diplomazija li ħalliet lir-Russja iżolata u l-ekonomija tagħha ġġarrab problemi kbar.
//= $special ?>