Internazzjonali

Jinħeles ostaġġ Ġermaniż

Skont l-awtoritajiet tal-Kamerun, ċittadin Ġermaniż li nħataf sitt xhur ilu mill-grupp estremista Iżlamiku Boko Haram, inħeles.

Il-President tal-Kamerun Paul Bija illum qal li l-Ġermaniż inħeles f’ħidma militari speċjali li twettqet mill-armata tal-Kamerun u minn servizzi tas-sigurtà alleati mal-pajjiż.

Għadu mhux ċar jekk kienx l-għalliem Ġermaniż li nħataf mill-Boko Haram fil-Grigal tan-Niġerja f’Lulju li għadda.