Tħabbru d-dati tal-laqgħa tal-kapijiet tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM) li se ssir f’Malta.
Din il-laqgħa, li dwarha kien hemm qbil fi Sri Lanka sentejn ilu, se ssir bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru li ġej.
Malta ospitat l-ewwel darba din il-laqgħa prestiġġjuża, f’Novembru tal-2005.
Din id-darba, il-laqgħat se jsiru f’numru ta’ postijiet storiċi f’Malta waqt li l-kapijiet tal-istati tal-Commonwealth se joqgħodu fil-bini ta’ Forti Sant’Anġlu, fil-Birgu.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, fi stqarrija konġunta mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma, qal li Malta hi onorata li qed terġa’ tospita din il-laqgħa.
It-tema għal din is-sena hi “Adding Global Value”.
//= $special ?>