Viżjonijiet tal-fantaxjenza tal-futur jistgħu jiffukaw fuq karozzi li jtiru, iżda d-dinja ta’ mitt sena oħra, mhux biss tista’ tidher differenti, iżda n-nies x’aktarx jitkellmu differenti.
Filwaqt li hemm aktar minn 6,000 lingwa mitkellma madwar id-dinja llum, inqas minn 600 minnhom x’aktarx jintilfu sal-2115, u jistgħu jkunu verżjonijiet simplifikati ta’ dak li nirrikonoxxu llum.
Lingwista fisser li l-bidu ta’ għodda avvanzati teknoloġikament fit-traduzzjoni, mhix se tkun biżżejjed biex tkun salvata d-diversità tal-ilsna fid-dinja.
Hu u jikteb f’The Wall Street Journal, John McWhorter qal li fi żmien seklu ieħor mil-lum se jkun hemm ‘ferm inqas lingwi’, li jkunu inqas kumplikati milli huma llum – speċjalment fil-mod kif ikunu mitkellma.
L-espert dwar l-istudji Amerikani, il-filosofija u l-mużika fl-Università ta’ Columbia, qed ibassar li 90 fil-mija tal-lingwi se jmutu.
Hu stqarr li dan probabbilment se jseħħ minħabba l-globalizzazzjoni. Hekk kif in-nies jemigraw lejn zoni ġodda, il-kulturi se jkunu maqsumin.
Kulturi inqas magħrufa u l-lingwi uniċi tagħhom se jistinkaw biex isalvaw, b’riżultat li ilsna mitkellma, bħalma huma l-Ingliż u ċ-Ċiniż, jibilgħuhom u jeliminawhom.
Dan diġà seħħ f’xi postijiet minħabba l-kolonizzazzjoni, bħalma huma l-Amerika u l-Awstralja, fejn ħafna lingwi tal-post huma estinti jew waslu biex isiru estinti.
In-nies li jiċċaqilqu minn zoni biex isibu x-xogħol jistgħu joħolqu l-istess problema.
//= $special ?>