Futbol Sport

L-eks plejer ta’ Paris Saint-Germain Michaël Niçoise jingħaqad ma’ Mosta F.C.

Mosta F.C. iffirmaw lill-attakkant ta’ 30 sena Michaël Niçoise, magħruf ukoll bħala Dawood Elijah; plejer li fost l-oħrajn qatta’ ħames snin fl-akkademja ta’ Paris Saint-Germain F.C.

Michaël Niçoise, li lagħab ħames partiti mat-tim nazzjonali tal-Guadeloupe, għandu karriera twila f’diversi pajjiżi.

Filfatt dan il-plejer lagħab għal Amiens SC fi Franza, RWDM Brussels FC u Ethnikos Achna FC fil-Belġju, Gençlerbirliği S.K. u R.E. Mouscron fit-Turkija, Neuchâtel Xamax fl-Iżvizzera, Ethnikos Achna FC f’Ċipru, Al-Masry SC fl-Eġittu, PKNS F.C. u Putrajaya SPA F.C.fil-Malażja u PK-35 Vantaa fil-Fillandja.

Iktar dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).