Futbol Sport

Mafouta Marie Jesus – barrani mill-iktar interessanti bi prova ma’ Hibernians

Fl-aħħar jiem ma’ Hibernians beda jitħarreġ Mafouta Marie Jesus, plejer Franċiż ta’ 24 sena mill-iktar interessanti li mistenni jagħti għażla vasta fl-attakk lill-kowċ Branko Nisevic.

Dan għaliex Jesus kapaċi jilgħab bħala attakkant, midfielder offensiv kif ukoll midfielder mal-linja u kapaċi biż-żewġ saqajn. In-numri ta’ dan il-plejer:

2004/06 – 44 logħba ma’ RC Lens fil-Ligue 1 ta’ Franza bi 17-il gowl u 10 assists;
2006/08 – 50 logħba ma’ Paris FC fin-National bi 19-il gowl u 26 assist;
2008/12 – FC Chambly fin-National b’77 gowl u 48 assist f’125 logħba;
2012/13 – jingħaqad ma’ Marshall fl-Istati Uniti fejn skurja 19-il gowl u 8 assists f’31 partita;
2013 – lura fi Franza, din id-darba fil-Ligue 2 ma’ Vannes jiskurja 3 goals u 3 assists fi 8 logħbiet;
2013/14 – ma’ Chantilly fi Franza jgħaqqad 14-il gowl u 16-il assist fi 32 partita.

Fil-karriera tiegħu intagħżel ukoll bħala l-Aqwa Plejer tal-Conference USA, intagħżel mal-aqwa 11-il plejer f’dan il-kampjonat, intagħzel 6 darbiet bħala l-Man of the Match u kiser rekord ta’ dribbles fl-istaġun 2012/13 b’79%.

Iktar dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).