Il-Qorti ordnat lil Pasqualino Cefai u lil martu Jenny biex iħallsu s-somma ta’ €465,359 lil żewġ banek li għandhom jieħdu l-flus mingħandhom.
Il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri ordnatilhom jagħtu €289,259 lil HSBC Bank Malta u €176,100 lill-Bank of Valletta fi flus dovuti fuq self.
Il-Maġistrat irreferiet għall-ordni ta’ ffriżar maħruġ fil-konfront ta’ Cefai mill-Qorti tal-Maġistrati u rrimarkat li l-banek ma jaħtux għal din l-ordni.
Cefai, li għandu 34 sena u huwa miż-Żebbuġ, Għawdex, bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ seba’ snin ħabs wara li nstab ħati f’ġuri li fl-2012 ħebb għal raġel fil-Qorti t’Għawdex. Hu ma kienx instab ħati ta’ attentat ta’ qtil fil-konfront tal-istess raġel.
Ir-raġel qed jiffaċċja proċeduri oħra fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta fosthom dwar każ li seħħ matul is-sena li għaddiet fejn fih qed jiġi mixli li hedded li joqtol lill-Maġistrat Miriam Hayman fl-awla tagħha.
Cefai għandu każ ieħor pendenti fejn jinsab mixli ma’ persuna oħra li fl-2011 importa 4.5 kilo kokaina li nstabu ġo karozza impurtata mir-Renju Unit.
Għal Cefai qegħdin jidhru l-Avukati Edward Gatt u Noel Bianco.
//= $special ?>