Inħares minn barra lejn Simon Busuttil u nara fih persuna li qed jipprova jbiddel il-Partit Nazzjonalista. Mhux faċli tibdel il-Partit Nazzjonalista għax mas-snin kien hemm min rabba l-egħruq u li taqta’ s-siġra ħafna drabi mhux biżżejjed jekk ma teqridx l-egħruq. Madankollu Busuttil qed jipprova u naħseb li jasal biex ibiddel il-Partit . Hekk sostna John Bundy meta l-Erbgħa filgħaxija kien il-mistieden tal-programm Iswed fuq l-Abjad fuq Net television.
Mistoqsi minn Frank Psaila dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat u jekk hux minnu dak li jgħidu xi wħud, jiġifieri li sar laburist, John Bundy qal li hu ħabib ta’ Joseph Muscat iżda miegħu qatt ma jitkellem dwar politika. Spjega kif il-ħbieb hu ma jagħżilhomx minħabba l-kulur politiku tagħhom.
Matul il-programm John Bundy intwera għadd ta ritratti li kkummenta dwarhom fosthom dwar id-dekriminilizazzjoni tad-droga; l-Knisja f’Malta u l-immigrazzjoni rregolari. Tkellem fit-tul dwar l-esperjenza tiegħu meta bħala dj fuq Radio 101 kiser ir-rekord dinji għall-itwal xandira. Iddeskriva din l-esperjenza bħala waħda li ma jinsa qatt u faħħr lil eks teżorier tal-partit, Peter Darmanin għall-appoġġ li kien tah.
Mistoqsi jekk għandhux il-ħsieb li jerġa’ jkun fuq it-televizjoni, John Bundy qal li għalkemm ma jeskludi xejn iżda ma għandhu ftehim ma ebda stazzjon politiku.
//= $special ?>