Wara nuqqas ta’ 24 sena, Albano u Romina se jerġgħu jkantaw flimkien waqt il-festival ta’ Sanremo.
Hekk kif fadal anqas minn ġimagħtejn għall-aktar festival tal-kanzunetta popolari fl-Italja, tħabbar li Albano u Romina se jkantaw flimkien fl-ewwel serata fl-10 ta’ Frar. Għall-ewwel darba se tkanta wkoll fil-festival Gianna Nannini fis-serata finali.
Wirjiet minn Imagine Dragons u Saint Motel
Albano u Romina ilhom għal dawn l-aħħar 19-il sena separati u maqbuda f’battalji legali. Imma dan l-aħħar, l-affarijiet bdew jitranġaw bejniethom u għamlu kunċert flimkien f’Moska, li kien suċċess kbir.
L-aħħar darba li kantaw flimkien bħala koppja kienet fit-Teatru Ariston fl-1991.
Mistennija għall-festival bħala mistiedna speċjali se jkun hemm ukoll l-attur Amerikan Will Smith li kien diġà attenda fl-2005.
Għaż-żgħażagħ, f’dan il-festival se jkun hemm il-grupp Amerikan Imagine Dragons biex jippreżenta l-album ġdid tiegħu, kif ukoll grupp ieħor Amerikan, Saint Motel.
Hemm ħsieb li waqt il-festival jingħata ġieħ lil diversi kantanti Taljani li mietu dan l-aħħar, fosthom Pino Daniele u Mano, u Mino Reitano u Little Tony wkoll.