7.45pm: MaltaRightNow.com jista’ jikkonferma li l-anzjana mietet għall-ħabta tas-1.45pm. Hi kienet qed tingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Aktar kmieni …
Anzjana ta’ 81 sena tinsab f’qagħda kritika wara li nstabet mal-art fid-dar tagħha kmieni dalgħodu f’Ħal Qormi.
Il-mara nstabet mill-Pulizija tad-Distrett, bl-għajnuna ta’ qraba tagħha, għall-ħabta tas-6.00am wara li daħlitilhom telefonata anonima li l-anzjana nstemgħet tokrob minn wara l-bieb tagħha fi Triq San Ġorġ. Fil-fatt, il-mara nstabet wara l-bieb tad-dar tagħha mixħuta fl-art.
Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċertifikata li tinsab f’qagħda kritika. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex tara x’wassal għall-inċident. Inħatru wkoll l-esperti biex jassistu f’inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>