Ekonomija Internazzjonali Unjoni Ewropea

Ħidma mill-ECB favur l-ekonomija Ewropea

Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) ħabbar sensiela ta’ miżuri biex jagħti spinta lill-ekonomija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għall-valur ta’ 1.26 triljun ewro.
Fost dawn, l-ECB kien se jixtri biljuni ta’ ewro f’bonds tal-gvernijiet fi sforz li jevita li z-zona ewro tinqabad fi staġnar ekonomiku twil.
Mario Draghi, il-Kap tal-ECB qal li kien se jixtri 60 biljun ewro f’bonds kull xahar sa tmiem Settembru tal-2016. Draghi qal li din l-inizjattiva kienet se tibda f’Marzu.
S’issa kien evitat li l-ECB jieħu dan il-pass imma Draghi f’Lulju tal-2012 kien għamilha ċara li kien lest jagħmel li hemm bżonn biex tkompli l-istabbiltà finanzjarja fiz-zona ewro.
L-ECB ilbieraħ ħalla r-rata li biha jsellef il-flus lill-banek kummerċjali taz-zona fiz-zona ewro kif kienet ta’ 0.05 fil-mija. Dan għaliex intqal li r-rata ma tistax titbaxxa aktar.