Instabu d-difetti fil-panelli solari prodotti fiċ-Ċina li jistgħu jnaqqru drastikament mill-effiċjenza, minbarra li jnaqqsulhom il-kapaċita għall-enerġija. Dan fi żmien meta ċ-Ċina qed tipprova tlaħħaq mal-kriterji aggressivi għall-kontroll tal-emissjoni ta’ ‘fossil fuel’.
Id-difetti fil-panelli solari jinvolvu prodotti li għandhom jintużaw biss fiċ-Ċina. Dawn id-difetti jinstabu f’tip ta’ coating li jrażżan ir-riflessjonijiet fuq il-ħġieġ u li jippermetti biex il-panelli jaqbdu aktar dawl.
Sadanittant, u skont ir-regolaturi fiċ-Ċina, madwar 23 fil-mija tal-kampjuni li ttieħdu minn għexieren ta’ kumpanniji Ċiniżi naqsu milli jilqgħu il-kriterji stabbiliti. Fil-każ partikolari ta’ Jiangsu – il-provinċja Ċiniża tal-Lvant fejn jimmanifatturaw ħafna mill-ħġieġ – instab li r-rati tal-kampjuni li ma laħqux il-livell meħtieġ laħqu l-40 fil-mija.
Iċ-Ċina, fil-preżent, qed tippromwovi s-solar farms kbar fiz-zoni remoti minbarra sistemi iżgħar għal fuq il-bjut tal-bini fl-ibliet tagħha – bid-domanda domestika għall-panelli qed tiżdied kontinwament.
F’Novembru, iċ-Ċina ħabbret ftehim storiku mal-Istati Uniti fejn, fost oħrajn, iffissat il-mira li tikseb sa 20 fil-mija tal-enerġija tagħha minn ‘sorsi nodfa’ sal-2030. L-impenn jiddependi ħafna mill-industrija solari li tikkontrolla mas-70 fil-mija tas-suq globali.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada