Futbol Sport

Il-Bord tad-Dixxplina jbiddel rebħa f’telfa għat-tfajliet ta’ Birkirkara

Il-Bord tad-Dixxiplina tal-MFA laqa’ l-protest tat-tim tan-nisa ta’ Pembroke Athleta li lmentaw li Birkirkara lagħbu bi plejer irregolari. Filfatt il-Bord sab li Mariah Sciberres ma kinitx eliġibbli.

Fid-dawl ta’ dan, ir-rebħa ta’ 2-0 ta’ Birkirkara ġiet dikjarata nulla u Pembroke ngħataw rebħa ta’ 3-0.

Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).