Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, it-22 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON b’rapport dettaljat dwar id-dibattitu Parlamentari tal-bieraħ, fejn naqraw illi l-Gvern baqa’ jirrifjuta li jippubblika l-kuntratti mal-kumpanija Ċiniża Shanghai Electric. Rapport ieħor fil-faċċata jiffoka fuq każ ta’ allegat swat fil-ħabs fuq priġunier.

Dan il-każ ta’ swat fil-ħabs ta’ Kordin rappurtat ukoll fil-faċċata ta’ THE TIMES OF MALTA. L-istess ġurnal b’rapport separat li fih jintervista lil John Role’ illi issa ħa lura l-kariga tiegħu fit-tmexxija tad-dipartiment tal-fostering.

THE MALTA INDEPENDENT b’artiklu dwar min jista’ jkun l-Arċisqof il-ġdid, fejn issa qed jissemma Monsinjur Joseph Spiteri.

L-ORIZZONT jgħid illi sa sena u nofs oħra l-impjant tal-BWSC f’Dellimara se jinqaleb għall-gass – ammissjoni mill-Gvern illi dik li kien isejħilha “fabbrika tal-kanċer” se tinżamm titħaddem bil-Heavy Fuel Oil għal mill-inqas 18-il xahar ieħor.