Bl-iskop li tistħarreg każi ta’ nuqqas ta’ ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli fl-istituzzjonijiet tal-knisja twaqqfet kummissjoni li mhux se tkun qed tag]mel xogħol il-pulizija fl-investigazzjonijiet iżda se tistħarreġ biex tistabilixxi jekk ikunx hemm riskju ta’ każi.
Dettalji dwar din il-kummissjoni ing[ataw f’konferenza tal-a]barijiet mill-Amministratur Appostoliku Monsinjur Charle Scicluna li spjega kif din se tktun qed ta[dem fl-ambjent tal-knisja fosthom fi skejjel, fost saċerdoti u anki f’servizzi oħra li tagħti l-knisja. Hu qal li permezz ta’ din il-kummissjoni l-knisja se tkun qed tiffaċċja l-problemi b’kummissjoni li se jkollha l-iskop li toffri servizzi biex tiddaħħal il-kultura meħtieġa.
Ix-xogħol tal-kummissjoni se tkun li tistħarreġ il-każi u tagħmel ir-rakkomondazzjonjiet tagħha lill-Kurja biex jittieħdu d-deċizjonijiet fejn meħtie;a. Monsinjur Scicluna qal li l-Kurja se tkun qed tibbaża d-deċiżjonijiet fuq ir-rakkomondazzjonijiet tal-kummissjoni.
Il-kummisjsoni se tkun presedutia mis-social worker Andrew Azzopardi u se tinkludi lill-psikologka klinika Roberta Attard, lit-tabib Kevin Borg, lil Fr Antoine Farrugia u lill-psikologa u terapista tal-familja Clarissa Sammut Scerri.
Monsinjur Scicluna qal li l-knisja mhix se tagħmel inkwizizzjoni iżda trid toffri servizzi ta’ edukazzjoni.
Bl-iskop li jservi bbhala linja gwida l-Kurja ppublikat ukoll Dikjarazzjoni ta’ Policy u Proċedura f’kazi ta’ abbuż sesswali li jinkludi d-definizzjonijiet ta’ abbuż sesswali fuq minuri, pornografija tat-tfal, abbuż sesswali bejn l-adulti.
Id-dokumenti jinkludi wkoll l-istrutturi dwar l-implimentazzjoni tal-policies u l-proċeduri tal-knisja, it-team investigattiv preliminari, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-proċeduri dwar abbuż fuq minuri. Permezz ta’ dan id-dokument, il-Knisja qed tistabilixxi wkoll il-proċeduri fl-investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet
//= $special ?>