Bomba sparata minn mortar qatlet bejn tmienja u tlettax il-persuna li kienu qed jivvjaġġaw bi xarabank fil-belt ta’ Donetsk f’zona kkontrollata mir-ribelli separatisti li jridu l-unjoni mar-Russja.
Is-separatisti qalu l-attakk twettaq minn ‘grupp li jappoġġja lill-Gvern Ukren. Iżda uffiċjali tal-Ukrajna qalu li l-qawwiet tal-Gvern kienu wisq ‘il bogħod mill-inħawi biex jeħlu b’din ir-responsabbilta. Madankollu, il-Prim Ministru Ukren, Arseniy Yatsenyuk fisser din it-telfa ta’ ħajja bħala ‘azzjoni terribbli kontra l-umanita li twettqet minn terroristi Russi’.
Osservaturi indipendenti jemmnu li l-lokalita tax-xarabank kienet ‘tassew’ ‘il bogħod wisq mill-pożizzjonijiet tal-Armata Ukrena. Fl-istess ħin, l-osservaturi ma jaraw ‘l-ebda raġuni’ għalfejn is-separatisti setgħu wettqu dan l-attakk.
//= $special ?>